Reuben għamlilna l-ħajja faċli meta konna qed infittxu l-ewwel dar tagħna. Wara l-ewwel house visit, kien pront biex jidentifika l-gosti tagħna, kemm bħala stil kif ukoll bħala lokalita`. Apprezzajna ħafna d-dedikazzjoni tiegħu u l-ħeġġa li wera biex jipprova jsibilna d-dar ideali tagħna. Bħala first-time buyers, Reuben kien il-gwida tagħna u bil-paċenzja u l-onesta` kollha, spjegalna t-tajjeb u l-ħażin f’kull proprjeta` li żorna. Ma ddejjaq xejn jgħinna ninnegozjaw il-prezz mal-bejjiegħ u għamel ħiltu biex kulħadd jieħu fair deal. Aġent tassew ferrieħi, ġenwin u dedikat. Grazzi Reuben! Keep it up!"
Silvan Abela